In-Notte Bianca ta’ din is-sena se ssir nhar is-Sibt 6 ta’ Ottubru u għalkemm id-data tidher ftit 'il bogħod, l-applikazzjonijiet għall-parteċipazzjoni dalwaqt jagħlqu.
Festivals Malta ħabbar li qiegħed jistieden lil dawk interessati li jieħdu sehem fit-13-il edizzjoni tal-‘akbar festival kulturali f’Malta’ sabiex jibagħtu proposti bl-ideat tagħhom sa mhux aktar tard mill-Erbgħa 7 ta’ Frar, f’nofsinhar.
Dawn l-espressjonijiet ta’ interess għandhom jintbagħtu fl-indirizz: Notte Bianca, c/o Festivals Malta, ‘Casa Scaglia’, 16, Triq Mikiel Anton Vassalli, il-Belt Valletta jew billi timla l-formola t’hawn taħt.
Aktar tagħrif jinkiseb billi tibgħat imejl fuq info@nottebianca.org.mt.

Applikazzjonijiet li jiddaħħlu tard ma jiġux aċċettati.