Ir-riħ donnu se jippersisti sal-aħħar ta’ Jannar hekk kif Maltaweather.com qed tbassar li se jlaħħaq sa forza 7.
Ir-riħ jidher li se jilħaq il-massimu għal madwar l-4pm, u sal-10pm jbatti għal forza 5.
Konsegwentement il-baħar se jkun qawwi ħafna b’mewġ li jlaħħaq sa kważi żewġ metri, 1.8m.

Madankollu, it-temperatura se tibqa għolja meta mqabbla ma’ snin oħra. L-ogħla temperatura mistennija tilħaq is-17C u l-inqas 11C.
Għandek ritratti jew filmati tal-maltemp? Ibgħatilna fuq info@newsbook.com.mt