Il-Ministru għall-Intern Michael Farrugia qal li matul din il-leġiżlatura u jiġifieri bejn it-3 ta’ Ġunju 2017 u l-4 ta’ Ġunju 2018, il-Pulizija rreġistrat 26 każ ta’ suwiċidju.

Il-medja ta’ suwiċidji matul l-aħħar 20 sena kienet ta’ 23.5 kull sena, bl-ammonti jvarjaw minn sena għall-oħra.

Il-Ministru kien qed iwieġeb għall-mistoqsija parlamentari tad-deputat Nazzjonalista Mario Galea.

Jekk inti għaddej minn xi mument diffiċli f’ħajtek, tista’ ċċempel lill-Aġenzija Appoġġ fuq in-numru 179.