Ilbieraħ filgħaxija id-Dipartiment tad-Dwana għamlu sejba ta ‘l fuq minn €200,000 f’bagalja li ma kienux iddikjarati.

L-uffiċjali tad-dwana investigaw lil dan il-passiġġier ta’ ċittadinanza Maltija, li jgħix ġewwa Manchester, li kien fi triqtu lejn Istanbul. Wara tfitxijja intensiva fuq dan il-passiġġier u fuq l-affarijiet personali tiegħu, bosta flus mhux iddikjarati instabu fil-bagalja tiegħu.

€10,000 ġew mogħtija lilu lura, filwaqt li l-bqija tal-flus inżammu mid-Dwana. Il-Pulizija arrestaw lil dan ir-raġel, u se jittella’ l-qorti iktar tard illum.

kugojk