Meta l-Ġustizzja ddum ma sseħħ…

|
22/12/2017, 6:08 pm
Min kien reponsabbli ta’ dan id-dewmien? Faċli ngħidu s-sistema imma għalija din mhix risposta. Jien jinteressani nkun naf meta tressaq l-ewwel darba, jekk u meta kien hemm diferimenti u għaliex dawn kienu mitluba u minn min.

Ir-risposti li nesa jagħti Chris Fearne

|
19/12/2017, 5:21 pm
Fearne jeħtieġ jipprepara ferm aħjar minn hekk. Jeħtieġ iżomm dejjem fiss f’moħħu li l-partit li qed jirrappreżenta qisu r-Real Madrid tal-politika, jiġifieri l-partit champion tad-dinja.

​Għadu kemm għadda l-jum iddedikat għall-għarfien dwar l-AIDS…

|
14/12/2017, 1:54 pm
L-ewwel ta’ Diċembru huwa l-jum iddedikat għall-għarfien dwar l-AIDS madwar id-dinja. Issa ilna numru ta’ snin nqajmu kuxjenza dwar dan f’dan il-jum u naħseb ma baqa ħadd hawn Malta li ma jafx dwar din id-dedikazzjoni. Imma kif jgħaddi l-1 ta’ Diċembru donnu li ninsew kollox. L-għarfien irid aktar minn ġurnata fis-sena ddedikat sabiex iqajjen kuxjenza. Jinħtieġ impenn sħiħ mis-soċjeta.

Miraklu għall-Maltin

|
06/12/2017, 8:54 pm
X’kien jiġri kieku San Pawl spiċċa fuq ix-xtut Maltin f’dan iż-żmien fejn kulħadd għandu aċċess għall-midja soċjali?

Mitra komda, baklu ħafif

|
04/12/2017, 7:20 pm
Peress li f’pajjiżna għandna sitwazzjoni kemmxejn partikolari, ħejjejt naqra ta’ manifest tal-Arċ/Isqof ideali għal Malta u Għawdex. Ftit punti prattiċi meħudin minn dak li jintqal fil-każini u s-sagristiji, fl-istatuses fuq facebook u l-kummenti taħt il-blogs, fl-ittri lill-gazzetti u fil-phone-ins tar-radju. Jekk jimxi fuqhom, l-episkopat tiegħu ikun xogħol sabiħ għalih u joffri ħajja komda għalina l-Insara.

Inkomplu nnaqqru d-drittijiet tat-tfal

|
04/12/2017, 11:57 am
Dan l-aħħar kellna dibattiti fl-aħbarijiet dwar l-introduzzjoni ta’ Avviż Legali 156 tas-sena 2017, li hu suppost avviż legali innoċenti li tirrigwarda l-leave lil min ikun irid tqala permezz ta’ teknoloġija medikament assistita (IVF).

​Il-Knisja, l-Arċisqof u l-Partiġġjaniżmu

|
04/12/2017, 10:13 am
Sa minn tfuliti dejjem smajt u qrajt fuq il-persekuzzjonijiet li affaċjaw missirijietna fis-snin sittin. Persekuzzjonijiet politiċi li diversi Laburisti ta’ fidi nisranija qawwija u soda kienu qed jaffaċjaw għaliex baqgħu sodi u fermi fiż-żamma tal-prinċipji politiċi tagħhom. Laburisti bħal Guże’ Ellul Mercer, Lisa Zammit u Toninu Caligari fost ħafna oħrajn illi għalkemm kellhom fidi qawwija u soda, u għexu sal-aħħar mumenti ta’ ħajjithom fil-biża’ t’Alla spiċċaw irreġettati u umiljati mill-knisja tant illi ndifnu f’art mhux ikkonsagrata, art magħrufa aħjar bħala l-miżbla.

​Malta l-ewwel u qabel kollox…dejjem!

|
20/11/2017, 10:41 am
Ħassejt weġgħa f’qalbi nisma’ Maltin bħali jżebilħu isem pajjiżhom. Ħassejt rabja liema bħala nara l-ħarsa ta’ sodisfazzjon fuq wiċċ l-ewro-parlamentari Nazzjonalisti meta l-għażiża Malta tagħna inġustament ġiet imsawta u saħansitra kkumparata ma’ Narcos, serje’ televiżiva ambjentata fil-Kolumbja ta’ żmien Pablo Escobar fejn l-omiċidji u t-traffikar tad-droga kienu l-ordni tal-ġurnata.

Għażż intellettwali kollettiv

|
13/11/2017, 9:58 am
Kienu jgħidu li “Malta fior del mondo.” Imma naħseb li l-ward ilu li tbiel.

Il-Poplu ma jridx aktar ħdura u mibegħda…

|
06/11/2017, 10:27 am
Sfortunatment l-omiċidju ta’ Daphne kompla jġib aktar qasmiet fost il-poplu tagħna.